4 November 2011

Here's what your "Cittadin" is up to, Manuel


Below is the press release I just issued responding to John "Cittadin" Dalli.

John Dalli, Kummissarju Ewropew, jidhirlu li jista’ jxekkel il-gurnalizmu hieles f’Malta billi jghid affarijiet li mhumiex minnhom dwar Bondi+. Haga li issa ilu jaghmel ghal snin shah - inkluz dan l-ahhar fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista - minkejja li ripetutament ghedtlu fil-pubbliku li qed jigdeb.


F’Bondi+ il-bierah jien kull ma’ ghamilt hu li poggejt domanda lis-Segretarju Generali tal-PN. Jien staqsejt jekk hemmx konnessjoni bejn id-dikjarazzjoni ta’ Franco Debono dwar l-operat tal-parlament Malti u l-Kummissjoni Ewropea u l-fatt li John Dalli hu membru ta’ l-istess Kummissjoni.



Il-mistoqsija kienet f’lokha u gurnalistikament legittima. Jekk m’ghogbitx lil John Dalli l-problema la hija ta’ Bondi+ u inqas u inqas ta’ l-Awtorita tax-Xandir.



L-ittra ta’ John Dalli, li stranament hija iffirmat bhala “cittadin malti”, m’hi xejn hlief attentat biex jigi mxekkel il-gurnalizmu hieles.



Fic-cirkustanzi jien ser nikteb lill-President tal-Kummissjoni Ewropeja, Manuel Barroso, dwar dan u nirrapporta l-agir inaccettabbli tal-Kummissarju tieghu John Dalli.



Se nikteb ukoll lill-Membri Parlamentari Maltin tal-Parlament Ewropew kollha fuq l-istess linji.


5 comments:

ud said...

cittadin.. kemm sirna umli fdaqqa wahda

Anonymous said...

who cares

Anonymous said...

Jaf ha jibza' minnek ghax mort tugzah lil Barroso ha. U hallina.

adamus said...

Prosit Lou, qed tikxfilhom il-maskra, ghalhekk qed jirvellaw kontrik. Illum inkixfet ohra fil-parlament.

Bunny Rabbit said...

Does anyone remember the Labour electoral slogan "Ic-Cittadin l Ewwel, Kullhadd Cittadin" of 1996?

Maybe John "Cittadin" Dalli's was a Freudian slip.