22 November 2011

The good but not so old days


Reno Calleja
Ah, the pleasures of the internet. Here's an article by Reno Calleja, one of the men brought back into the PL fold by Joseph Muscat. Now that Gaddafi's regime is history it is almost unbelieveable that Calleja wrote these words just a few short months ago. It is a truly surreal read.

Aħna u l-Libja – Malta għad trid tibki
Jien qatt ma kelli dubju dwar dak li qalet it-TORĊA dwar il-missila li kienet sparata lejn Malta. Li kieku din il-missilla ma kinetx interċettata u splodied fuq Ħad-Dingli jew ir-Rabat, kienet isseħħ traġedja f’Malta.
U l-kbir għadu ġej. Jekk il-Gvern Nazzjonalista se jibqa’ jkun pupu f’idejn in-NATO, partikolarment tal-Amerikani, il-Franċiżi u l-Ingliżi, Malta tista tiffaċċja nkwiet kbir. Ma nistax nifhem għaliex min għandu d-dmir jiddefendi lill-poplu Malti mhux qed jintebaħ x’jista’ jiġri lil pajjiżna.

Wara u meta Tripli taqa’ f’idejn ir-’ribelli’, wara li jkun
hemm xmara ta’ demm, bi tpattija dawk ta’ Bengażi jagħmlu vendikazzjoni min-nies ta’ Tripli. Araw x’qed jiġri fil-Kosta tal-Ivojru. Kif dawk tal-President il-ġdid Quattara daħlu fl-ibliet maħkuma min-nies tal-eks president Gbagbo għamlu ħerba minnhom. Nisa u tfal inqatlu u ndifnu ħajjin. Hemm 400,000, daqs kemm hawn nies Malta, maħruba fil-pajjiżi li jmissu mal-Kosta tal-Ivorju. Għax kif jersqu lejn id-djar fejn kienu joqogħdu, ta’ Quattara jbiċċruhom. L-aqwa li hemm it-truppi tal-Ġnus Magħquda jħarsu. L-aqwa li l-Franċiżi għaddiet tagħhom.

Wara li taqa’ Tripli, dawk li jaħarbu li ġejjin mit-Tribù ta’ Gaddafi jiffurmaw ċelloli ta’ tpattija u terrur. Jirrikorru għal attakki terroristiċi biex ipattuha lil dawk ta’ Bengażi. L-istorja turi li dawn iċ-ċelloli mhux biss jattakkaw lill-gvern li jkun ħadilhom posthom, iżda jpattuha lil dawk li għenuhom.


Mhux qed noħlom, ħbieb. Dan ġara fl-Iraq fejn sal-lum għad hemm ċelloli ta’ Saddam Hussein, fejn għad hemm musulmani Sunni jġibu ħerba kuljum bi tpattija.


Jista’ jkun li lil Gaddafi u lil uliedu joqtluhom. Iżda la tiżbaljawx ħbieb. Gaddafi għandu miljuni li jadurawh. Fosthom mal-miljun mara li diġà ffurmaw armata u ħalfu fuq il-Koran li lesti li jibqgħu jiġġieldu lil dawk ta’ Bengażi.


Għal dawn l-aħħar 40 sena pajjiżna għex fil-paċi u l-kwiet għax qatt ma ndħalna bejn il-basla u qoxritha.


Jien ilni niftaħ għajnejn il-poplu Malti dwar is-sitwaz-zjoni fil-Libja
minn mindu ħadt sehem fil-programm Xarabank sitt xhur ilu.

Dakinhar, kontra kull kur-rent, u rrid ngħid anke b’ħars ikrah
minn nies li jħaddnu prinċipji laburisti bħal tiegħi, widdibt li hemm riskju kbir li s-sitwazzjoni fil-Libja tinbidel f’waħda simili għas-Somalja.

Ħaqqaqt li l-Prim Ministru Malti qed jimxi fil-għama
meta jagħmel ċerti dikjarazzjonijiet mgħaġġla. Sħaqt li s-sitwazzjoni kienet se ttawwal. Li kien se jinxtered baħar ta’ demm. Li l-qawmien ta’ Bengazi kontra Tripli ma kinetx rewwixta popolari kif kien hemm fl-Eġittu u fit-Tuneżija iżda ġlieda bejn żewġ jew aktar tribujiet għas-supremazija u l-ġid kbir li għandha l-Libja.

Dan l-aħħar kont qed naqra artiklu fil-Wall Street Journal. Żgur li mhux xi ġurnal xellugi. Dan proprjetà ta’ Rupert Murdoch li dan l-aħħar kien f’in-kwiet kbir fl-Ingilterra. Huwa ġurnal li l-ħin kollu jimbotta l-aġenda tal-Punent, speċjalment dik tal-Amerika u l-Iżrael. Job-għod lill-Għarab għall-mewt.


L-artiklu li deher ftit ġim-għat ilu żvela li fejn qegħdin jirbħu dawk li qegħdin jattakkaw lil Gaddafi, qegħdin iħallu xmara ta’ demm. Qegħ-


din joqtlu lis-suwed kollha għax jaħsbu li dawn jappoġ-ġaw lil Gaddafi. L-artiklu sejjaħ dan ‘ethnic cleansing’.


Tafu x’ifisser dan? Li razza sħiħa qiegħda tinqatel
minn dawk li jsejħu lilhom infushom ribelli jew ġellieda għal-libertà u d-demokrazija. Rajtu xi ħaġa dwar dan fuq il-BBC, is-CNN u l-El Jazeera? Rajtu xi ħaġa fil-ġurnali tagħna?

Il-fatti huma li fil-Libja mhux veru qamet rewwixta popolari kontra Gaddafi. Nifthemu. Jien m’għandi ebda simpatija ma’ Gaddafi u ma’ kull min hu bħalu. Dan nisħqu kull darba għax ma rrid lil ħadd jaħseb li jien nissimpatizza miegħu.


Iżda min huma dawk ta’


Bengazi? Qatta’ korrotti u ħal-lellin li diġà dawru għexieren ta’ miljuni bil-kummissjonijiet li qegħdin jieħdu mix-xiri tal-armi u bil-bejgħ taż-żejt.


Eżatt bħal dawk l-imbrol-juni li sabu ruħhom Ministri fl-Iraq wara li waqgħa ta’ Saddam Hussein.


Serqu u għadhom jisiru mijiet ta’ miljuni u l-poplu Iraqqin tefgħuh fil-medju evu. Dawn kienu jippoppaw sidirhom li qegħdin jiġġieldu biex iġibu d-demokrazija fi-Iraq. Iżda ma ddejqux tliet xhur ilu, jikkmandaw lis-suldati u lill-pulizija jiftħu n-nar fuq nisa u tfal għax ħarġu jipprotestaw għax m’għandhomx ilma u ikel. Hekk se jġri fil-Libja.


Meta nara l-BBC jew is-CNN u kultant l-El Jazeera (għax anke dawn għandhom l-aġen-da tagħhom) jintervistaw xi ‘ribelli’ u nisma’ wħud minnhom jitkellmu bl-Ingliż Amerikanizzat ngħid ‘Hawn aħna. Għandhom seba’ mitt sena biex ibillu subgħajhom wara li jaqa’ Gaddafi.


Ta’ Bengazi qatt ma ħamluh lil Gaddafi għax ġej
minn tribù li dejjem, skont l-istorja, kien imqaffed mat-tribù ta’ Bengażi. It-tribù li ġej minnu Gaddafi huwa iżgħar minn dak ta’ Bengazi. Dawn qatt ma niżżluha li Gaddafi ġej minn tribù żgħir, qed jaħkem fuqhom.

Dan li rridu ngħallmu lill-poplu Malti ħalli jifhem kemm aħna prużuntużi u lagħqa tal-Punent meta nidħlu bejn il-basla u qoxritha.


Kien hemm numru ta’ kumplotti fejn nies
minn Bengazi ppruvaw joqtlu lil Gaddafi.

Naturalment Gaddafi u dawk ta’ miegħu m’għamlulux żiżi lil ta’ Bengazi.


Il-poplu Malti jrid jiftaħ għajnejh dwar dawn il-fatti. U bla tlaqlieq ngħid li aħna għandna d-dmir li ngħaddu dak li nafu lill-poplu. Ma nistgħux inċiċċu bil-qegħda. Ma nistgħux noqogħdu nħarsu.


Irridu nkunu aħna li nattak-kaw lill-gvern ta’ Gonzi fiex ġab lil
Malta u fiex se jġib lil Malta.

Il-ġlieda fil-Libja se ttwwal aktar milli qegħdin jaħsbu xi wħud. Xi tliet gimgħat ilu kellna buffu mil-Libja li ngħata intervista mis-Sunday Times u qal li kienet kwistjoni ta’ ġranet sa ma Gaddafi jaqa’. Dħaqt u bkejt li gazzetta tal-kalibru tat-Times tagħti widen lil dan, li jien naf min hu.


J’Alla dak li qed ibeżżagħni ma jseħħx. J’Alla wara l-waqgħa ta’ Gaddafi s-sitwazzjoni tiġi għan-normal. Nibża’ li mhux se jiġri hekk. Ta’ Benhgazi diġà qegħdin jiġġieldu bejniethom. Hemm il-ġlied meta għadhom ma rebħux il-bjar taż-żejt. Aħseb u ara x’se jiġri malli jidħlu Tripli.


Sur Editur, kompli iftaħ għajnejn il-poplu. Jgħajruk kemm jgħajruk. Jippruvaw igiddbuk kemm igiddbuk. Fl-aħħar mill-aħħar iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma. Għad jgħaddi ż-żmien u l-verità toħroġ. Ikun żvelat li dik veru kienet missilla immirata lejn
Malta.

10 comments:

Anonymous said...

I love it - do the EVER get it right?
R?? I mean EVER!

Joe Azzopardi said...

inkredibbli .................

Joe Azzopardi said...

inkredibbli .........

Anna Maria Gatt said...

Ara x'qala' l-bahar...il-kolonna tal-partit Mintoffjan / socjalista / laburist!! Niftakar Lou meta qabel l-elezzjoni tal-1987, Reno kien qed jaghmel il-home visits iz-Zurrieq fejn kont noqghod dak iz-zmien. Kien gie d-dar taghna ezatt l-ghada li qatlu lil Raymond Caruana (konna qed nippreparaw biex immorru naraw lit-Taljani kontra Malta f'Ta' Qali!!). Lill-ommi Reno qalilha: 'sinjura, jekk ikollok bzonn xi bowser ilma ghidli ta!" Niftakar lill-ommi tghidlu, 'Reno, ma tisthux, hajja ta' zaghzugh...u int tkellimni fuq il-bowser tal-ilma li missu ghandi bi dritt fil-vit!!" B'dawn in-nies irid jibda mill-gdid il-PL...imissu jisthi Joseph Muscat, jitqanna b'dawn in-nies li hlief hsara, u biza' f'Malta ma gabux.

Anna Maria Gatt said...

Ara x'qala' l-bahar...il-kolonna tal-partit Mintoffjan / socjalista / laburist!! Niftakar Lou meta qabel l-elezzjoni tal-1987, Reno kien qed jaghmel il-home visits iz-Zurrieq fejn kont noqghod dak iz-zmien. Kien gie d-dar taghna ezatt l-ghada li qatlu lil Raymond Caruana (konna qed nippreparaw biex immorru naraw lit-Taljani kontra Malta f'Ta' Qali!!). Lill-ommi Reno qalilha: 'sinjura, jekk ikollok bzonn xi bowser ilma ghidli ta!" Niftakar lill-ommi tghidlu, 'Reno, ma tisthux, hajja ta' zaghzugh...u int tkellimni fuq il-bowser tal-ilma li missu ghandi bi dritt fil-vit!!" B'dawn in-nies irid jibda mill-gdid il-PL...imissu jisthi Joseph Muscat, jitqanna b'dawn in-nies li hlief hsara, u biza' f'Malta ma gabux.

Bunny Rabbit said...

Dan mhux dak li kien dejjem solidali mac-Cina Kommunista anke fi zmien meta kienu jigru avvenimenti bhal dak tal-massakru ta' Tiannenmen square?

Anonymous said...

Reno is one of the reasons why Labour keep losing. He needs to go on TV more often to illuminate us with his corrupt wisdom.

Lou, on a different subject- Joseph Muscat declared yesterday that if he becomes the PM he would not raise the retirement age. It shows that he has no plan to create jobs for the young peole and he foolishly thinks that by forcing people out of their jobs he would keep unemployment low. It's obvious to me that he plans to stifle economic growth very much like the 70's.

Anonymous said...

Erm, wasn't it the People's Republic of China which was caught red handed selling weapons to Gaddafi as late as February to ensure the massacre in Benghazi and his hold onto power?

A million amazons? hmm.

Does he think the landslide in Lapsi this week was caused by another missile?

Old Guard, said...

Biex qed tiskantaw? Reno Calleja kien l-istess persuna li kien kiteb li Pietru Pawl Busuttil ghandu jghaddi guri fl-isptar fejn kien rikoverat wara li hasu hazin fil-qorti. Lil Pietru Pawl Busuttil kien sar FRAME UP fuqu meta gie mixli bil-qtil ta' Raymond Caruana. Dan meta kienu jafu li kien innocent. Imma hekk konna taht ir-regim Socjalista ta' dak iz-zmien li tieghu Reno kien deputat. Daqshekk hu tar-ruh Reno Calleja. Minn bniedem bhal Reno ma nistenniex ahjar. Vera ghamel akkwist Joseph Muscat li rega gab lil Reno Calleja lura fil-PL. Keep it up Reno. Kompli ikteb. Vera qed taghmillu gid lil Partit Laburista. Bil-haqq, ghax
kont insejt - Reno minbarra li hu ex Ministru u ex Deputat
tal-Partit Laburista hu wkoll " a self proclaimed" kolonna
tal-Partit Laburista.

Anonymous said...

Beware, with this photo on your blog most probably you will end up with a VIRUS