President George Abela |
Yesterday, President George Abela gave a speech on the role of the Broadcasting Authority and its place in today's broadcasting scenario. I am reproducing it in full because it is worth reading the lines and - more interestingly - between them.
Diskors mill-E.T. L-President
Dott. George Abela fl-Okkazjoni tal-Kxif ta’ Lapida f’Gheluq il-Hamsin
Anniversarju mit-Twaqqif tal-Awtorita’ tax-Xandir
Sur Chairman
tal-Awtorita’ Tax-Xandir
Membri tal-Awtorita’
Sinjuri
Hamsin sena huma zmien
twil fl-istorja ta’ pajjiz, aktar u aktar meta dan il-pajjiz ikun ghadda minn
trasformazzjoni storika, politika, ekonomika u socjali li ratu jinbidel minn
kolonja ghal Stat indipendenti u repubblikan fondat fuq il-principji ta’
demokrazija parlamentari biex imbaghad jiehu postu bhala Membru tal-Unjoni
Ewropea. Matul dan iz-zmien, il-mezzi
ta’ komunikazzjoni wkoll ghaddew minn zvilupp enormi u llum l-importanza
tax-xandir kibret u l-influwenza li jista’ jkollu fuq l-opinjoni pubblika hija
akbar minn qatt qabel. Zvolta importani f’pajjizna
sehhet dak in-nhar li ntemm il-monopolu tal-Istat fuq ix-xandir meta dahlu
stazzjonijiet privati kemm tar-radju u kemm tat-televizjoni. Sa issa, kien hemm certu limitu fuq kemm kien
possibbli li jinghataw licenzji ghal stazzjonijiet privati u dan il-limitu kien
dovut ghal ragunijiet teknici.
L-introduzzjoni tat-teknologija digitali terrestri se tnaqqas jekk mhux
ukoll telimina dan il-limitu u ghalhekk jista’ jaghti l-kaz li jkollna
proliferazzjoni aktar wiesgha ta’ stazzjonijiet godda.
F’demokrazija
kostituzzjonali, ix-xandir ghandu post essenzjali sabiex jinforma b’mod korrett
u oggettiv u jghin lic-cittadin jifforma l-opinjoni tieghu fuq materji
politici, ekonomici u socjali biex b’hekk tissahhah id-demokrazija. F’dan il-kuntest, il-funzjoni tal-Awtorita’
tax-Xandir hija wahda vitali sabiex thares id-drittijiet fundamentali tal-liberta’
tal-hsieb u l-espressjoni kif ukoll il-pluralizmu kemm billi tiggarantixxi fairness, trasparenza, imparzjalita’ u ugwaljanza
fl-opportunita’ li kulhadd isemma l-opinjoni tieghu kif ukoll billi taghti
l-licenzji necessarji ghat-twaqqif ta’ stazzjonijiet televizivi jew radjofonici,
sew pubblici kemm privati. Ir-rwol
ewlieni tal-Awtorita’, fit-termini tal-Kostituzzjoni u tal-Att dwar ix-Xandir
tal-1991, huwa ghalhekk dak li tkun regolatur li jassigura l-bilanc u
l-imparzjalita’ f’materji kontroversjali politici jew industrijali jew fuq
kwistjonijiet ta’ policy kurrenti u
mhux li jippreskrivi a priori
l-kontenut ta’ dak li jixxandar, cioe’ qabel ma jsir ix-xandir.
Il-principju fondamentali
huwa dak li tigi prattikata d-demokrazija b’mod li c-cittadin Malti jisma’
l-opinjonijiet kollha differenti sabiex imbaghad jiddeciedi hu b’mod hieles
liema wahda tipperswadih l-aktar, jew ma tipperswadih xejn, u jagixxi skond
id-decizjoni tieghu specjalment meta jasal iz-zmien li jivvota f’elezzjoni
generali jew f’referendum. Ic-cittadin
ghandu dritt jisma’ l-qniepen kollha, sew ta’ kurrenti b’sahhithom u kemm ta’
dawk inqas b’sahhithom jew li ghadhom jibdew. Dan jikkomporta li n-nahat kollha
jkollhom opportunita’ adegwata biex iwasslu l-veduti taghhom fuq is-suggett
dibattut. Fi kliem iehor, l-Awtorita’
tezisti biex finalment thares l-interess tac-cittadin li jiehu decizjoni
informata sewwa.
L-Awtorita’ ghalhekk ghandha
l-kompitu li tassigura fairness,
imparzjalita’ u bilanc fix-xandir kollu f’Malta. Il-Kostituzzjoni fl-artiklu
119, tesigi fuq l-Awtorita’ l-obbligu li tassigura bilanc u imparzjalita’ xierqa
f’ kontroversji ta’ natura politika jew industrijali jew fuq kwistjonijiet ta’ policy pubblika kurrenti fuq il-mezzi
kollha tax-xandir, kemm pubblici u kemm privati, minghajr distinzjoni, ghalkemm
ghandu jinghad illi meta giet promulgata l-Kostituzzjoni, f’Malta kien hawn
biss ix-xandir pubbliku. Mill-banda l-ohra, l-Att Dwar ix-Xandir tal-1991 gie maghmul
f’xenarju meta beda diehel ix-xandir privat, specjalment dak immexxi
mill-partiti politici u dan l-Att jaghmel distinzjoni bejn iz-zewg forom ta’
xandir u jimponi oneru akbar fuq ix-xandir pubbliku.
L-Att jikkontempla
l-bilanc b’zewg modi differenti: fil-kaz tax-xandir pubbliku, l-Awtorita’ hija
obbligata tara li dan ghandu jezercita bilanc u imparzjalita’ fih innifsu.
Fil-kaz tax-xandir privat, l-ewwel proviso tal-Artiklu 13 tal-Att jistipula li
l-bilanc huwa mistenni li jinholoq mhux internament f’kull stazzjon individwali
imma fl-assjem tax-xandir privat kollu, jigifieri stazzjon jikkontrobilancja
lill-iehor.
U hawnhekk tqum l-ewwel
mistoqsija jekk din is-sistema hix verament tiggarantixxi bilanc fix-xandir kif
rikjest mill-ligi. Dan meta it-tendenza tidher li hi li fil-waqt li
l-istazzjonijiet pubblici (hawn qed ninkludi l-Education Channel 22) huma
segwiti mill-pubbliku in generali, dawk specjalment kontrollati mill-partiti
politici huma x’aktarx segwiti fil-maggoranza taghhom minn dawk li jzommu ma xi
partit jew iehor u ghalhekk jistghu jassorbu opinjonijiet partiggjani u zbilancjati peress li ma jsegwux l-istazzjon
tal-partit oppost.
Barra minn hekk tqum
il-mistoqsija l-ohra dwar kemm l-Att dwar ix-Xandir tal-1991, li hu ligi
ordinarja u li jaghmel din id-distinzjoni bejn iz-zewg forom ta’ xandir u
jimponi oneru akbar fuq ix-xandir pubbliku, hux kompatibbli mal-ittra u
l-ispirtu tal-Kostituzzjoni, li hi ligi suprema, u li tesigi l-bilanc u
l-imparzjalita’ minghajr distinzjoni fiz-zewg forom ta’ xandir.
Meta wiehed jikkonsidra
dawn il-kwistjonijiet wiehed irid iqis wkoll illi mhux kull kurrent politiku
ghandu l-mezzi sabiex ikollu l-istazzjon privat tieghu u ghalhekk mhux
l-opinjonijiet kollha jista’ jkun li qed jinghataw l-istess opportunita’ li
jinstemghu. Dan mhux jiggarantixxi a
level playingfield kostanti ghall-partijiet kollha u dan zgur li mhux
fl-interess tac-cittadin li ghandu dritt ikun infurmat il-hin kollu dwar kull
veduta biex jiehu decizjoni infurmata sew.
Dan il-principju
tal-bilanc ghandu jghodd ukoll ghal dik li hi l-kompozizzjoni tal-Awtorita’
tax-Xandir li hija mahtura mill-President ta’ Malta fuq il-parir tal-Prim
Ministru wara li dan ikun ikkonsulta lill-Kap tal-Oppozizzjoni. Fil-prattika, ghalkemm
il-Kostituzzjoni ma tghidx hekk imma lanqas ma teskludi li jsir hekk, zewg
rapprezentanti nominati minn kull wiehed miz-zewg partiti l-kbar jinhatru bhala
membri filwaqt li c-chairman jew
jinhatar bi qbil bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppozizzjoni jew, jekk ma
jaqblux, jinhatar min jaghzel il-Prim Ministru.
Il-President jagixxi biss fuq il-parir tal-Prim Ministru f’dawn
il-hatriet u ma ghandu l-ebda diskrezzjoni fil-materja. Meta l-Awtorita’ tigi
sabiex tiddelibera, gie li z-zewg membri li jirrapprezentaw liz-zewg partiti
jivvutaw kontra xulxin u c-chairman
imbaghad ikollu jiddeciedi hu biss. F’kelma wahda, fil-prattika d-decizjoni
jispicca johodha bniedem wiehed wahdu.
Irrid naghmilha cara li
ma qieghed bl-ebda mod nitfa’ xi dell fuq l-integrita’ u l-imparzjalita’
tal-membri passati jew prezenti tal-Awtorita’. Imma s-sistema prezenti kif
jinhatru l-membri tal-Awtorita’ tista’ tidher li mhix fl-ahjar interess
pubbliku imma fl-interess taz-zewg partiti l-kbar li huma rapprezentati
fil-Parlament u dan meta l-istess partiti politici ghandhom stazzjonijiet
privati u b’hekk tista tqum ukoll il-kwistjoni ta’ konflitt ta’ interess. Dan mhux ideali f’socjeta’ demokratika
fondata fuq is-saltna tad-dritt li tirrispetta d-dottrina tas-separazzjoni tal-poteri
fejn bhala istituzzjoni kostituzzjonali, l-Awtorita’ m’ghandhiex tkun strument
partigjan u ghandha tkun u tidher car li hi indipendenti.
Hawnhekk ta’ min jaccenna
fuq it-turbolenzi li ghaddiet minnhom tul is-snin l-Awtorita’ tax-Xandir u li
bla dubju qieghda tiffaccja u se tibqa’ tghaddi minnhom (sakemm ma jsirulhiex
xi riformi). Bizzejjed jinghad li bejn
1983-1986, l-Awtorita’ lanqas biss kienet giet kostitwita, u dan bi ksur tal-Kostituzzjoni;
u nista’ nsemmi wkoll id-diversi kawzi civili li saru fil-konfront taghha u
l-attakki persistenti u konsistenti li tiffacca minn bosta kwartieri. Minkejja
dan il-mewg kollu, l-Awtorita’ baqghet u qieghda taqdi, b’mod generali,
id-doveri kostituzzjonali taghha u dana kollu mertu tan-nies li mexxewha u qed imexxuha
u tal-haddiema doveruzi taghha. Ta’ dan is-servizz, hafna drabi mhux apprezzat,
irrid nuri l-apprezzament u r-ringrazzjamenti tieghi f’isem il-Poplu.
Jidhirli li l-maturita’
taghna bhala poplu waslet f’livell li hekk kif sar fil-hatra ta’ President
tal-pajjiz, fejn il-principju fundamentali kien li jinstab l-aktar kunsens
wiesa’ possibbli, jinstab il-mekkanizmu, il-mod kif hatriet ta’ natura
kostituzzjonali jsegwu l-istess principju. B’hekk il-poplu taghna jkabbar
il-fiducja tieghu fit-trasparenza, fl-imparzjalita’ u l-bilanc f’dawn
il-hatriet. Wasal iz-zmien li kull min ghandu interess f’din il-materja ta’
importanza nazzjonali, fosthom il-partiti politici, il-media, is-socjeta civili
u l-N.G.O’s, jaghtu sehemhom halli dan il-ghan jintlahaq.
Fil-fehma tieghi wasal
iz-zmien ukoll li x-xandir, li hu wiehed mill-materji li jaqa’ fil-kompetenza
tal-Kumitat Maghzul tal-Kamra tad-Deputati li ghandu x’jaqsam mar-riformi
kostituzzjonali u t-tishih tad-demokrazija, jerga’ jibda jiltaqa’ halli,
f’gheluq il-hamsin sena mit-twaqqif tal-Awtorita’ tax-Xandir u wara ghoxrin
sena mill-promulgazzjoni tal-Att dwar ix-Xandir, wara li ssir konsultazzjoni
wiesa’ ma’ kull min ghandu interess fil-materja tax-xandir, iressaq ‘l quddiem proposti ghat-tibdiliet mehtiega li jikkorrispondu
mal-htigijiet tallum u mal-avvanzi mghaggla li qed isiru fis-settur. Wiehed
irid jikkunsidra tibdil istituzzjonali, fost l-ohrajn, jekk wasalx iz-zmien li jkun hemm amalgamazzjoni
tal-Awtorita’ tax-Xandir u l-Awtorita’ dwar il-Kommunikazzjoni f’awtorita’
wahda, kif sar per ezempju fir-Renju Unit ; jekk l-Awtorita’ tax-Xandir
ghandiex tibqa’ r-regolatur u l-operatur fl-istess nifs ; kif l-indipendenza u
l-imparzjalita’ tal-Public Service Broadcaster ghandha tigi msahha; x’ghandu
jkun il-futur tal-istazzjonijiet tal-partiti politici fid-dawl tal-esperjenza
singulari ta’ madwar sittax-il sena mit-twaqqif taghhom.
Hu x’inhu, pero’, u jsir
xi jsir, li jibqa’ centrali f’tali riforma hu li trid dejjem tigi u tidher li
qed tigi assikurata dejjem aktar it-trasparenza, l-accountability u l-korrettezza etika, l-imparzjalita’ u l-fairness fix-xandir kollu, sija pubbliku
kemm privat. B’hekk jithares id-dritt tal-espressjoni u l-interess ta’ kull cittadin
li f’socjeta’ demokratika tigi verament rispettata u mhux abbuzata
l-intelligenza tieghu, kif wara kollox jixraqlu.
Jiena missejt biss ftit
punti rigward l-Awtorita’ u x-xandir f’Malta ghax dan mhux il-post fejn wiehed
jaghmel analizi kompleta tas-suggett. Kien hemm ohrajn qabli li esprimew ruhhom
b’tant kompetenza fuq dawn il-punti u li jien ikkonsultajt. Ghalhekk nahseb
ikun opportun li t-tieni edizzjoni tal-Forum tal-President li se ssir fl-ewwel
xhur tas-sena li gejja tkun dedikata ghal diskussjoni dwar riformi
istituzzjonali u kostituzzjonali, inkluz ix-xandir, biex b’hekk issir
diskussjoni approfondita aktar halli jkollna Kostituzzjoni aggornata li sservi
lill-poplu taghna ahjar.
Nirringrazzjakom.
No comments:
Post a Comment